LUXOL…………..9
ĦAMRUN…………..3
Tard il-Ħamis filgħaxija ngħata bidu għall-istaġun tal-futsal lokali, bil-finali tas-Super Cup bejn Luxol St. Andrews u Ħamrun Tre Angeli. Kienu Luxol li bdew fuq nota pożittiva hekk kif rebħu l-finali bi skor ta’ 9-3. Għal Luxol dan kien kontinwazzjoni ta’ dak li bdew Luxol matul is-sajf meta kisbu kwalifikazzjoni storika li kisbu għar-rawnd prinċipali fil-UEFA Futsal Cup.
Luxol kienu kisbu d-dritt li jikkontestaw din il-finali wara li staġun ilu rebħu l-kampjonat filwaqt li Ħamrun rebħu n-Knockout.
Fil-partita tal-Ħamis kienu l-istess Ħamruniżi li ħasdu lil kulħadd, meta wara biss ħames sekondi marru fil-vantaġġ permezz tal-captain Jason Mifsud. Minuta u nofs wara l-Brażiljan eksplejer ta’ Ħamrun Rogerio Dos Santos ġab l-iskor indaqs għal Luxol. Emil Raducu, Glenn Bonello u George Frendo għamlu l-iskor 4-1 qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni taqsima, reġa’ kien Rogerio Dos Santos li skurja ieħor biex għaqqad il-hat-trick u kompla jkabbar l-iskor favur Luxol. Il-Brażiljan ta’ Ħamrun Everton Dos Santos b’doppjetta reġa’ daħal lill-Ħamruniżi fil-logħba.
Luxol għamlu ċert li jirbħu din il-finali b’gowl ieħor tar-Rumen Emil Raducu, Mark Zammit u Zvezdan Vukovic.
Wara dan il-konfront, il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris flimkien ma’ Mireille Vella mill-eżekuttiv tal-FMA, mexxew il-preżentazzjoni lill-finalisti. Wara, l-captain ta’ Luxol Mark Zammit ngħata t-tazza.
//= $special ?>