Sport Sport Ieħor

Il-Giro d’Italia 2018 se jibda għall-ewwel darba f’Iżrael

Il-Giro d’Italia tas-sena d-dieħla għall-ewwel darba se jibda mill-kontenent ewropew u preċiżament minn Iżrael.

L-organizzaturi tal-Giro ħabbru lbieraħ li l-ewwel tliet stadji tal-Giro tas-sena d-dieħla se jsiru f’Iżrael, bir-rotta ta’ l-ewwel tliet stadji f’Iżrael se jkun mħabbra l-ġimgħa d-dieħla. Fit-tnedija tal-Giro tas-ena d-dieħla minbarra ministri mill-Italja u minn Iżrael kien hemm iċ-ċiklist Alberto Contador li rtira l-ġimgħa l-oħra fejn l-aħħar impenn tiegħu kien il-Vuelta fi Spanja.

Iktar minn 175 ċiklist, l-aqwa fid-dinja se jkunu Iżrael is-sena d-dieħla fit-tieni l-iktar manifestazzjoni importanti fil-kalendarju taċ-ċikliżmi dinji, it-tieni biss wara t-Tour de France. F’avveniment li jkun segwit minn miljuni ta’ nies madwar il-globu permezz tat-TV, dan se jkun l-ikbar avveniment sportiv f’Iżrael.

Bħalissa delegazzjoni tal-Giro d’Italia tinsab Iżrael biex tevalwa l-aħjar lokalitajiet minn fejn se jsiru dawn l-ewwel tliet stadji.

Din se tkun it-12-il darba li l-Giro d’Italia se jibda minn barra l-Italja, iżda se tkun l-ewwel darba li jibda minn pajjiż barra l-Ewropa.