Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq tispara missila oħra li tgħaddi minn fuq il-Ġappun

Ma tbatti xejn it-tensjoni fil-peninsola koreana. dan wara li r-reġim ta’ Pyongyang għal darb’oħra spara missila li għaddiet minn fuq il-Ġappun.
Il-missila niżlet 2,000 kilometru minn Arakura fil-gżira Ġappuniża ta’ Hokkaido wara vjaġġ ta’ madwar 3,000 kilometru. Il-missila tul il-vjaġġ daħlet fl-ispazju tal-ajru Ġappuniż għal madwar żewġ minuti.
Sparar li qanqal ħafna paniku fil-Ġappun hekk kif indaqqu s-sireni ta’ attakk mill-ajru u ħarġu l-messaġġi ta’ allert fuq il-mobiles tan-nies.