Futbol Sport

Isco jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Il-plejer Francisco “Isco” Alarcon ġedded il-kuntratt tiegħu sas-sena 2022 maċ-champions ewropej Real Madrid. Il-kuntratt preċedenti ta’ Isco kien jiskadi f’Ġunju li ġej u b’hekk issa dan se jibqa’ marbut ma’ Real għal erba’ snin oħra.

Isco li għandu 25 sena sar pedina fondamentali fl-aħħar żewġ staġuni għal Real, kif ukoll sar għażla awtomatika mat-tim nazzjonali Spanjol.

Real Madrid ma bdewx tajjeb fil-Liga fejn wara tliet logħbiet diġa’ jinsabu distakkati b’erba’ punti minn ma’ Barcelona u Real Sociedad.

Minkejja dan iżda Real Madrid bdew tajjeb fiċ-Champions League b’rebħa fuq Apoel ta’ Ċipru, filwaqt li rebħu wkoll is-Super Cup Spanjola kontra Barcelona u s-Super Cup tal-ewropa kontra Manchester United.