Lokali

In-Nazzjon 15.09.2017

Ritratt li juri liż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia u Chris Said, jieħdu b’idejn xulxin fil-bidu tad-dibattitu li sar ilbieraħ filgħaxija fuq Net Television, jiddomina l-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon tal-lum.

It-titlu tal-istorja ewlenija jagħti l-aħbar li se jkunu madwar 15,000 tesserat tal-Partit Nazzjonalista li se jkunu qegħdin jagħżlu l-Kap il-ġdid fl-elezzjoni li se ssir għada s-Sibt.

Aħbarijiet oħrajn fil-ġurnal jittrattaw sentenzi li ngħataw ilbieraħ fil-Qorti, fosthom il-kundanna ta’ tmien snin ħabs għal omm li kriet appartamenti li mhumiex tagħha, kif ukoll l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fil-belt kapitali tal-Italja, f’Ruma, kontra żewġ żgħażagħ Maltin li tajru drone ful-il-bini storiku tal-Kolosseo.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum hemm l-ananliżi ta’ Charles Schembri, Joe Zahra u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.