Raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fuq sit ta’ kostruzzjoni waqa’ għoli ta’ madwar sular u ttieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.
Minn informazzjoni li kiseb Net News jirriulta li kien għaddej xogħol fuq residenza privata fi Triq il-Ġummar, f’Birkirkara, meta għall-ħabta tal-11:00 għal xi raġuni r-raġel tilef il-bilanċ u waqa.
Ir-raġel ta’ 36 sena mit-Togo u residenti Birżebbuġa ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Tara Bonello – Facebook
//= $special ?>

