Internazzjonali

Attakk terroristiku f’stazzjon tat-Tube f’Londra

Hemm indikazzjoni li seħħet splużjoni fstazzjon tat-Tube f’Londra fir-Renju Unit. skont l-ewwel rapporti l-isplużjoni seħħet fl-istazzjon ta’Parsons Green fiz-zona ta’ Fulham fil-Punent ta’ Londra u jidher li hemm nies midruba. Xhieda qalu li fil-vagun kien hemm riħa ta’ kimika u hemm nies b’ħruq f’wiċċhom. Hemm suspetti li probabbilment il-bomba ma sploditx għal kollox.

Kelliem tal-Pulizija qal li l-inċident qed jitqies bħala wieħed terroristiku. B’kollox kien hemm madwar 20 persuna li kellhom bżonn kura iżda ħadd li kien midrub serjament.