Formula 1 Sport

FORMULA 1 – Pole position għal Vettel

Vettel

Is-sewwieq tal-Ferrari Sebastian Vettel se jibda mill-ewwel post fil-Grand Prix ta’ Singapore.

Dan wara li rreġistra l-aħjar ħin fis-sessjoni ta’ nhar is-Sibt hekk kif għeleb l-isfida tas-sewwieq tar-Red Bull Max Verstappen.

Għal Vettel din hi t-tielet darba li kiseb pole position dan l-istaġun. Sewwieq ieħor tar-Red Bull, Daniel Ricciardo se jibda mal-ewwel tlieta wara li rreġistra t-tielet l-aħjar ħin tal-ġurnata.

Il-lider tal-klassifika ġenerali, s-sewwieq tal-Mercedes, Lewis Hamilton kellu prestazzjoni negattiva u l-Ħadd se jibda mill-ħames post filwaqt li sieħbu Bottas se jibda mis-sitt post.

Kif se jibdew:
1.Sebastian Vettel – Ferrari
2.Max Verstappen -Red Bull
3.Daniel Ricciardo -Red Bull
4.Kimi Raikkonen -Ferrari
5.Lewis Hamilton -Mercedes
6.Valtteri Bottas -Mercedes
7.Nico Hulkenberg -Renault
8.Fernando Alonso -McLaren
9.Stoffel Vandoorne -McLaren
10.Carlos Sainz – Toro Rosso