Elezzjoni Kap PN Lokali

GĦADA: L-ewwel ġurnata tal-Kap elett tal-Partit Nazzjonalista

Għada se tkun l-ewwel ġurnata għall-Kap li fil-votazzjoni tal-lum jiġi elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Din l-ewwel ġurnata se tkun waħda impenjattiva, u dan minkejja li r-riżultat tal-elezzjoni mistennij jitħabbar fis-siegħat bikrin ta’ għada filgħodu.

Fl-09:45, l-Kap se jkun qed jieħu sehem fuq il-programm Analiżi fuq Net Television u Focus 101 fuq Radio 101. Filgħaxija, imbagħad, se jkun intervistat mill-ġurnalist u preżentatur Peppi Azzopardi fuq il-Fosos tal-Floriana, fl-ewwel minn erbat ijiem ta’ festi tal-Indipendenza. Wara, imbagħad, fuq il-palk prinċipali, jkun hemm spettaklu mill-Band Narrow Lane.

Il-festi imbagħad ikomplu t-Tnejn u t-Tlieta b’attivitajiet politiċi u spettaklu mużikali, waqt li l-Erbgħa, lejliet il-festa tal-Indipendenza, l-Kap li jkun elett jagħmel id-diskors tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana. It-Tlieta filgħaxija, jsir il-Konkors Kanzunetta Indipendenza.