Ambjent Lokali

Ġurnata ta’ tindif madwar Malta u Għawdex minn mijiet ta’ voluntiera

Mijiet ta’ voluntiera ippartecipaw f’kampanja ta’ jum nazzjonali ghat-tindif.

F’din il-kampanja, ‘Let’s Do it’, total ta’ mija u ħmistax il-lokalita’ madwar Malta tnaddfu.

Spikkat il-partecipazzjoni ta’ ammont sostanzjali ta’ żgħażagħ, kif ukoll gruppi tal-iscouts li taw il-kontrubut taghhom lejn Malta nadifa.

L-għan ta’ din il-kampanja kien biex tqajjem kuxjenza fuq l-iskart u n-nuqqas ta’ reċiklaġġ li jsir hawn Malta, bil-għan li tbiddel il-mentalita’ tal-popolazzjoni Maltija.

.

Ritratt: JCI Malta