Inter kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva tal-kampjonat meta fl-ewwel logħba tas-Sibt għelbu lil Crotone 2-0.
Għall-kowċ ta’ Inter Luciano Spalletti dan kien l-aqwa bidu li qatt kellu fil-kampjonat Taljan.
Fl-ewwel taqsima Crotone, li kienu qed jilagħbu f’darhom, ikkontrollaw tajjeb l-attakki tal-avversarji tagħhom imma sitt minuti mit-tmiem Inter marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ SKRINIAR li għeleb lil Cordaz b’xutt preċiż.
Minuta mit-tmiem kien PERISIC li ssiġilla l-konfront b’gowl ieħor.
//= $special ?>