Irlandiż ta’ 35 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu għall-ħabta tad-9:30am ittajjar minn karozza fi Triq ix-Xatt, Sliema.
Jirriżulta li l-Irlandiż weġġa’ wara li ntlaqat minn karozza tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn mara ta’ 67 sena, minn tas-Sliema.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-każ ġiet appuntata nkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

