Sport Sport Ieħor

MASTERS – Bidu interessanti fiż-żewġ kampjonati

Ftit jiem ilu ngħata bidu għall-Kampjonati tal-Masters. Dan kien bidu interessanti fiż-żewġ kampjonati li l-għaqda qed torganizza dan l-istaġun, prova wkoll kemm it-timijiet ppreparaw tajjeb u b’serjetà.
Id-dħul tal-plejers barrranin jidher ukoll li tejjeb il-livell u wieħed jantiċipa kampjonati missielta.
Fil-Masters Premier League Wardija taw wirja mpressjonanti meta għelbu lil Rabat 8-4.

William Barbosa, magħruf biżżejjed fil-futbol lokali kelhu debutt tajjeb mat-tim u kien kolonna fil-midfield. Rabat ma kienux superati għal kollox, fejn kellhom mumenti interessanti fejn spikka għalihom Christian Muscat.
F’partita oħra reġa’ kien hemm konfront missielet, b‘Marsa White Stars jirbħu kontra B’Kara bi skor ta’ 4-2. Sal-ewwel taqsima Marsa kellhom vantaġġ meritat ta’ 3-0 iżda wara l-mistrieħ B’Kara għamlu reazzjoni qawwija, naqqsu d-distakk darbtejn imma fl-istess waqt sabu wkoll lill-gowlkiper George Edwards fl-aħjar forma.

Fil-Kampjonat Masters tal-Ewwel Diviżjoni Valletta St Pauli bdew tajjeb meta għelbu lit-tim ġdid ta’ Tarġa Gap bi skor ta 7-2.

Valletta dehru ppreparati aħjar bl-akkwist il-ġdid Jonathan Buttigieg ikollu partita pożittiva fejn anki kiseb hat-trick. Iż-żewg gowlkipers ukoll kienu tajbin bejn il-lsati u Omar Ablett anki salva penalty mogħti minn Simon Gingell.

Jival ukoll wrew li għandhom skwadra tajba u li jistgħu jagħtu sfida meta għelbu lil Żurrieq Wolves bi skor ta’ 8-6. Jival għandhom ċertu plejers ta’ kwalità fosthom El Baden Aymen li skurja sitt gowls.
Melita Celtics kisbu rebħa tajba ta’ 5-2 kontra Tal-Qroqq Versity. Melita bnew vantaġġ ta’ 2-0 iżda wara l-mistrieħ Tal-Qroqq ħarġu tajjeb biex ġabu l-iskor indaqs u ġew imċaħħda bosta drabi mill-gowlkiper Paolo Bugeja.

Iżda l-Melita bi plejers bħal Michael Galea eksB’Kara, Brian Said u Timothy Ellis u bit-tim kollu jikkordina tajjeb, f’perjodu ta’ seba’ minuti skurjaw tlieta, fosthom hat-trick ta’ Galea biex għalqu l-logħba.