Il-kumpannija tal-ajru Ryanair tħassar mal-50 titjira kuljum għas-sitt gimgħat li ġejjin. Dan hekk kif il-kumpannija qalet li trid ittejjeb il-puntwalità fl-ivjaġġi u kif ukoll li naqset il-baġit tagħha b’2% fuq it-tluq tat-titjiriet.
Jekk il-kumpannija tnaqqas 40 titjira kuljum għal dawn is-sitt ġimgħat ifisser li jkun hemm mal-285,000 vjaġġi tan-nies li se jiġu affettwati.
Ryanair qalet li infurmat lill-passiġieri li kienu se jkunu affetwati mill-ewwel il-Ġimgħa, fejn tat għażla li jew dawn jingħataw lura l-flus jew inkella jsibu vjaġġ ieħor iżda f’data differenti. Diversi nies wara dan ilmentaw li l-vaganza tagħhom spiċċat fix-xejn fi żmien qasir hekk kif din il-linja tal-ajru ħabret din l-aħbar.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-kumpannija qal li fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu kellhom rekord ta’ għadd ta’ passiġiera u issa f’Settembru u Ottubru jridu jagħtu l-leave annwali lill-ħaddiema.
Ara l-lista tat-titjieriet li tħassru hawnhekk.
//= $special ?>