Lokali

Taljana fil-periklu tal-mewt wara inċident f’San Ġiljan

Taljana ta’ 23 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:40am fi Triq Borġ Olivier f’San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn irriżulta li żagħżugħa ta’ 23 sena kienet intlaqtet minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena, residenti Ħad-Dingli.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.