Internazzjonali

Żagħżugħ ta’ 18-il sena arrestat b’rabta mal-attakk terroristiku f’Londra

Tkompli t-tfitxija kbira fit-toroq ta’ Londra u bliet oħrajn għal dawk responsabbli mill-attakk terroristiku b’bomba fuq ferrovija tat-Tube li seħħ ilbieraħ.

Bomba li ħalliet mal-20 persuna midruba.

Dalgħodu tħabbar li persuna ta’ 18-il sena kienet arrestata f’Dover b’rabta mal-attakk. Dan hekk kif issa hemm preżenza akbar ta’ membri tal-forzi tas-sigurta f’postijiet pubbliċi kif stqarr Mark Rowley, il-kap tat-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu.

Dan hekk kif il-livell ta’ allert issa tpoġġa għal “Critical” l-ogħla livell ta’ allert li jsita’ jkun hemm għall-forzi tas-sigurta’ fir-Renju Unit u li jfisser li attakk ieħor jista’ jkun imminenti.