Kien hemm domanda kbira għas-suppliment speċjali li ppublikat il-gazzetta il-Mument fi tmiem il-ġimgħa sabiex tfakkar l-elezzjoni tal-Kap il-ġdid tal-PN, Adrian Delia.
Dan is-suppliment speċjali jista’ jinxtara mir-reception tad-Dar Ċentrali għall-prezz ta’ €2.
Fih wieħed isib diversi ritratti, rapportaġġ estensiv dwar l-elezzjoni tas-Sibt u informazzjoni dwar min hu Adrian Delia. Hemm ukoll id-dettalji tal-ewwel intervista li ta l-Kap il-ġdid fuq Net TV.
Is-suppliment jippreżenta wkoll punti u proposti li preżenta Adrian Delia tul il-kampanja għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-ritratti fis-suppliment juru wkoll il-bosta laqgħat man-nies li kellu Adrian Delia fl-ewwel jum tiegħu bħala Kap ġdid.
//= $special ?>