Libjan ta’ 28 sena residenti San Ġwann, li jaħdem fi stabbiliment f’Paceville, safa ferut wara li kien aggredit minn Franċiż ta’ 24 sena.
L-inċident seħħ, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi stabbiliment fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.
Ir-raġel ta’ 28 sena ngħata l-kura ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Filwaqt li l-allegat aggressur għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>