Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dalgħodu kienet intervistat waqt il-breakfast show ta’ VIBE FM preżentat minn Johnathan Abel, JD u Martina.
Waqt it-telefonata li għamlu ma’ Adrian Delia, huma tkellmu dwar il-kampanja li kellu matul l-aħħar 12-il ġimgħa, kien mistoqsi wkoll dwar is-sħana li kien hemm fl-attivita’ taħt it-tinda fuq il-fosos tal-Floriana. Meta mistoqsi dwar is-siġġu fil-Parlament, Adrian Delia b’ċajta wieġeb li qed jiġri b’żewġ banketti fil-karozza.
Adrian Delia tkellem dwar kif ħajtu diġa nbidlet, anke fost l-oħrajn għaliex jekk qabel il-maġġoranza tal-ħin fix-xogħol kien ikun ġewwa, issa bil-kontra, il-maġġoranza tal-ħin ikun barra.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar il-proċess ta’ għaqda, li wara 12-il ġimgħa ta’ kampanja, issa jrid isir il-proċess ta’ għaqda, anke ma’ dawk li appoġġjaw kandidati oħra.
Adrian Delia, li għandu ħamest’itfal, tkellem dwar ir-reazzjoni tat-tfal waqt li qed jgħaddu minn din l-esperjenza ġdida, u spjega li t-tfal qed jilbsu l-flokkijiet tiegħu waqt li t-tifla l-kbira li għandha 14-il sena qed tifhem aktar dak li qed jiġri u kuntenta. Waqt li żied jgħid li t-tifel ta’ 12-il ma jinsabx kuntent li daħal fil-politika. Tkellem ukoll dwar it-tifel ta’ 5 snin, li sa issa għadu mhux jifhem il-kariga ta’ missieru.
//= $special ?>