Walk, Run, Cycle for Wellbeing għal sena oħra se tkun organizzata mill-Fondazzjoni Richmond bl-għan li jinġabru fondi għall-programm immirat għat-tfal fi ħdan il-fondazzjoni.
L-attivta’ se ssir l-Ħadd 15 ta’ Ottubru bil-mixja u l-ġirja u ċ-ċiklistti jitilqu kollha fit-tmienja ta’ filgħodu minn ħdejn il-Kappella tal-Madliena f’Had Dingli.
Id-dettalji tħabbru kollha waqt konferenza tal-aħbarijiet proju ħdejn il-Kappella biex tkun enfasizzata s-solidarjeta mal-vittmi li minħabba problemi ta’ saħħa metali ħadu ħajjithom b’idejhom.
Il-Fondazzjoni Richmond hi organizazzjoni mhux governattiva u tipprovdi servizzi fil-qasam tas-saħħa mentali. Il-Fondazzjoni twaqqfet f’Mejju tal-1993 fuq inizjattiva ta’ grupp ta’ persuni li ħassew il-bżonn li joffru għajnuna lil min għandu bżonn kura għas-saħħa mentali għaliex emmnu li mingħajr is-saħħa mentali m’hemmx saħħa.
Għall-konferenza tal-aħbarijiet attendew il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Sefania Dimech Sant is-Sindku ta’ Ħad Dingli Sandro Azzopardi, s-Segretarju Parlamentaru għal-Organizazzjoni Volontarji Clifton Grima u d-deputat Nazzjonalista David Agius.
Il-mixja se tkun ta’ ħames kilometri, il-ġirja ta’ 10 kilometri u l-qadfa bir-rota ta’ 25 kilometru. Fil-mixja u matul il-ġirja wieħed jista’ anke jattendi bil-kelb tiegħu. Dan għaliex kif kulħadd jaf hu stat ta’ fatt li l-annimali jgħinu moralment u emozjonalment lil min ikun għaddej minn perjodu diffiċli fil-ħajja.
Għal din l-attivita’ wieħed jista jirreġistra online sat-12 ta’ Ottubru jew inkella jikkuntatja lill-Fondazzjoni Richmond għad-dettalji.
//= $special ?>

