L-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż Wayne Rooney ammetta l-ħtija tiegħu.
Wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar kien twaqqaf mill-Pulizija f’Cheshire fuq suspett li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol.
L-eks attakkant ta’ Manchester United li ftit ilu rtira minn mat-tim nazzjonali Ingliz kien ġie arrestat u llum fil-Qorti ammetta l-ħtija tiegħu u ġie sospiż milli jsuq għal sentejn.
Rooney ilu 12-il sena jgħix f’Cheshire, f’dar li tiswa’ 6 miljuni, ftit passi bogħod mit-training grounds ta’ Everton.
//= $special ?>

