Lokali

Iċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE jifraħ lil Adrian Delia u jirringrazzja lil Simon Busuttil

Iċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew Manfred Weber fi tweet awgura lil Adrian Delia fil-kariga l-ġdida bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista  waqt li sostna li jħares ‘l quddiem biex jaħdem miegħu għal Malta aktar b’saħħita fl-Ewropa.

Manfred Weber fi tweet separata rringrazzja lil Simon Busuttil, lisejjaħlu “ħabib”  u rringrazzjah għad-dedikazzjoni tiegħu, l-onesta’ u s-serjeta’ fil-ħidma tiegħu għal pajjiż u għal Malta. Iċ-Chairperson tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew żied jgħid li d-demokrazija għandha bżonn aktar nies bħal Simon Busuttil.