Sport Sport Ieħor

Kollox lest għall-bidu tal-kampjonati tad-darts

Wasalna ftit ġimghat il-bod mil bidu tas-56 edizzjoni tal-kampjonati nazzjonali tad-darts f’ Malta fejn għal darba oħra mistenni jkollna kampjonati missielta f’ kull diviżjoni.

F’ dawn l-aħħar snin, dan l-isport f’Malta kompla jikber fil-popolarità u evidenza ċara ta’ dan hi li għal kampjonati ta’ din is-sena hemm disa’ clubs ġodda, b’ wieħed minnhom ikun kompost kollu minn plejers nisa.

Fl-Ewwel Diviżjoni l-indikazzjonijiet juru li ser tkun battalja bejn żewġ timijiet għall-unur prinċipali fejn ic-champions renjanti, Kalkara St Joseph flimkien mar-runners up, Furjana Ajax A jibdew l-istaġun bil-mira li jtemmu l-impenji tagħhom fil-quċċata tal-klassifika.

Mosta Horseshoe Bar A u Birżebbuġa Cox Sports Club A mistennija jispiċċaw fit-tielet u r-raba’ post li jfisser post fid-diviżjoni championship. L-għan prinċipali tal-erba’ timijiet l-oħra ser ikun li jżommu posthom fl-għola diviżjoni għal sena oħra.

Tliet timijiet jibdew bħala favoriti għall-promozzjoni, Mosta Horseshoe Bar B, Furjana Ajax B u St Venera Red Square fejn matul ix-xhur ta’ sajf kienu attivi b’ numru ta’ akkwisti ġodda.

Ir-raba’ post fid-diviżjoni championship mistenni jkun missielet bejn il-kumplament tat-timijiet fit-Tieni Diviżjoni.
It-Tielet Diviżjoni hi komposta minn disa’ timijiet ġodda fejn kollox hu possibbli speċjalment għaliex il-maġġoranza ta’ dawn it-timijiet huma komposti minn plejers ġodda.

Dan se jkun kampjonat speċjali għall-assoċjazzjoni għal numru ta’ raġunijiet bl-aktar mportanti jkunu li għat-tieni darba fl-istorja se jkun hemm tim kompost kollu min plejers nisa. Tlett ibliet ġodda f Malta se jkunu rappreżentati. Dawn huma Siġġiewi, Sliema u Żurrieq.

Id-diviżjonijiet
L-ewwel diviżjoni: Kalkara St Joseph, Furjana Ajax A, Mosta Horseshoe Bar A, Birżebbuġa Cox Sports Club A, Żejtun Beland Bullseye, Gudja POs Bar A, Ħamrun Education Bar A, Senglea M. Conquest A.
It-tieni diviżjoni: Furjana Ajax B, Cospicua Rangers, Gudja POs Bar B, Birżebbuġa Cox Sports Club B, Mosta Horseshoe Bar B, Ħamrun Education Bar B, Buġibba Sun City A, St Venera Red Square.
It-tielet diviżjoni: Mqabba St Mary BC, St Paul’s Diamonds, Mġarr The Hatch Sports Pub, Buġibba Sun City Ladies, Furjana Ajax C, Furjana Bocci Club, Ħamrun Bayern Munich, Senglea M. Conquest B, Siġġiewi St Nicholas BC, Sliema Tipico Club Lounge, St Paul’s Band Club, Żurrieq FC.