Internazzjonali

L-ajruport ta’ Auckland jispiċċa bla fuel

Eluf ta’ passiġġieri huma mblukkati fl-ajruport internazzjonali ta’ Auckland wara li ma setax jingħata fuel lill-ajruplani. Dan wara li nfaqa’ l-pajp ewlieni tal-provista ta’ fuel lill-ajruplani fl-ajruport ta’ Auckland – l-akbar fi New Zealand.
Dan it-tħarbit fl-ivjaġġar mistenni jkompli għal tal-anqas ġimgħa hekk kif ikunu qed isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-pajp.
dan it-tħarbit qed jeffettwa titjiriet tal-Air New Zealand, Qantas, Cathay Pacific u l-Emirates.