Internazzjonali Mużika

Lady Gaga tħassar il-kunċerti fl-Ewropa

Il-kantanta popolari Lady Gaga ħabbret li kienet ħassret il-kunċerti li kienet se tagħti fl-Ewropa fix-xhur li ġejjin. Dan fuq parir tat-tobba.
Lady Gaga, li għandha 31 sena, diġà ħassret kunċert li kienet se tagħti fil-Brażil u l-Kanada għall-istess raġuni. Dan wara li svelat li kienet qed tbati mill-fibromyalgia, kundizzjoni li tikkawża uġigħ fiżiku kbir. Issa t-tama ta’ Lady Gaga hi li tkun irkuprat biżżejjed biex is-sena d-dieħla tagħmel il-kunċerti li għadha kemm ħassret.
Il-kunċerti kienu parti mill-Joanne World Tour li kellu jibda fil-21 ta’ Settembru f’Barċellona fi Spanja u jintemm fit-28 ta’ Ottubru fil-Ġermanja. Hi kellha tagħti diversi kunċerti fi bliet Ewropej matul dan it-tour.