L-attakkant Pollak Robert Lewandowski waqqaf rekord fil-Bundesliga hekk kif sar l-aktar plejer li skurja gowls fl-ewwel 100 dehra tiegħu ma’ klabb wieħed.
Lewandowski għamel dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa skurja doppjetta fir-rebħa ta’4-0 kontra Mainz.
Grazzi għal dawn iż-żewġ gowls Lewandowski laħaq iċ-ċifra ta’ 82 gowl f’100 logħba mat-tim mill-Bavarja.
Hu kiser ir-rekord li kien f’idejn Rudi Voller ta’ Werder Bremen li minn naħa tiegħu kien skurja 73 gowl fl-ewwel 100 dehra tiegħu mal-klabb.
Ta’ min jiftakar li fi tmiem l-istaġun li għadda Lewandowski kien ilmenta minn nuqqas ta’ appoġġ li sab mingħand sħabu u qal li li kieku dawn għenuh aktar kien jirbaħ l-unur tal-aqwa skorer tal-Bundesliga.
Fl-istaġun li għadda hu skurja 30 gowl. Pierre-Emerick Aubameyang ta’ Borussia Dortmund li rebaħ l-unur.
//= $special ?>