Lokali

Midnight Walk suċċess b’risq il-Hospice Malta

Il-Midnight Walk li torganizza l-Hospice Malta saret b’suċċess fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Numru sabiħ ta’ parteċipanti  imxew matul il-lejl biex jagħmlu differenza fil- ħajja ta’  dawk   li għaddejjin mumenti diffiċili. Il-flus miġbura mill-attivita’ se jmorru  biex il-Hospice jkompli joffri kura paljattiva  u servizzi b’xejn lil persuni  morda bil- kanċer , motor neurone disease u mard ieħor serju.

Qabel ma bdiet  il-mixja kien osservat minuta ta’ silenzju għal persuni li mietu bil-kanċer.

Kull parteċipant ta’ donnazzjoni ta’ €10. Ingħata wkoll ċertifikat lil kull min ipparteċipa.

L-attivita bdiet fid-9pm bi spettaklu  fil-pjazza ta’ Bugibba bil-mixja bdiet fil-11pm mill-pjazza ta’ Bugibba tul il-kosta tal-Qawra dawk aktar qalbiena u sportivi  komplew l-mixja sal-pjazza tal-Mosta.