Ir-Ryanair tinsab taħt pressjoni biex tippubblika l-lista sħiħa ta’ titjiriet li qed jippjana li tħassar kull jum minħabba problema ta’ leave tal-impjegati tagħha. Dan hekk kif hemm rabja kbira fost il-passiġġieri.
Is-Sibt, ir-Ryanair ħabbret li kienet tibda tħassar bejn 40 u 50 titjira kull jum għas-sitt ġimgħat li ġejjin wara li saret taħwida fl-għoti tal-leave tal-bdoti. Imma s’issa l-kumpanijia pubblikat biss lista li tkopri sa nhar l-erbgħa.
Imma issa gruppi li jħaddmu favur il-konsumatur fir-Renju Unit qalu li dan ma kienx biżżejjed u hemm bżonn li jingħata aktar avviż biex il-passiġġieri jagħmlu l-arrangamenti li hemm bżonn.
Dan il-pass mir-Ryanair jista’ jeffettwa sal-400,000 passiġġieri li se jkunu offruti rotta alternattiva inkella jing]ataw il-flus lura.
Pressjoni biex ir-Ryanair tippubblika t-titjiriet li qed tħassar


