Futbol Sport

TRASFERIMENTI – Carvajal iġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Real Madrid ħabbru li d-difensur Dani Carvajal ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb sal-2022.

Carvajal, li għandu 25 sena hu t-tielet plejer fi spazju ta’ ftit jiem li ġedded il-kuntratt tiegħu maċ-Champions Ewropej. Matul il-ġimgħa li għaddiet Marcelo u Isco ġeddew il-kuntratt tagħhom.

Carvajal hu prodott tal-akkademja ta’ Real u magħhom s’issa rebaħ tliet darbiet iċ-Champions League.
Barra minn hekk, matul l-aħħar snin sar plejer strumentali fit-tim nazzjonali Spanjol.