Basketball Sport

BASKETBALL – Is-Slovenja champions tal-Ewropa

Slovenian players holds the trophy and celebrate after winning the Eurobasket European Basketball Championship final match against Serbia, in Istanbul, Sunday, Sept. 17. 2017. (AP Photo/Lefteris Pitarakis)

Is-Slovenja ġew inkurunati bħala champions Ewropej tal-basketball għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom meta fil-finali għelbu lis-Serbja bi skor ta’ 93-85.

It-turnament sar fil-belt ta’ Istanbul, fit-Turkija.

L-eroj tagħhom kien Goran Dragic li għamel 35 punt liema punteġġ kien l-ogħla wieħed ta’ dan it-turnament kif ukoll l-ogħla sa mill-2003 meta l-Ispanjol Pau Gasol kien irreġistra 36 f’logħba waħda.

Il-medja ta’ goals ta’ Dragic kienet dik ta’ 22.6 kull partita.

Dragic, li jilgħab ma’ Miami Heat, fl-Istati Uniti, ġie vvotat ukoll bħala l-aħjar plejer tat-turnament wara l-finali li l-aħħar erba’ minuti tagħha kellu jkun bħala spettatur minħabba li kien qed ibati minn bugħawwieġ.

Bi Dragic barra mill-court, is-Serbi ħadu vantaġġ minimu ta’ 79-78 u deher li kienu se jibqgħu sejrin biex jirbħu l-logħba hekk kif is-Sloveni dehru psikoloġikament demoralizzati mingħajr il-preżenza ta’ dan l-iskorer.

Madankollu, l-iSloveni bdew jilagħbu b’mod kollettiv u minbarra li ma ħallewx lis-Serbi jippenetraw, huma għamlu run ta’ 12-il punt mingħajr risposta. biex aċċertaw mir-rebħa
Fil-logħba għat-tielet post Spanja għelbu lil Franza 93-85 ukoll.