Terremot qawwi li kejjel qawwa ta’ 7.1 fuq l-iskala Richter fil-Messiku.
It-terremot jidher li laqat l-aktar l-istat ta’ Puebla, fin-Nofsinhar tal-pajjiż, f’fond ta’ 51 kilometru.
Il-President tal-Messiku Enrique Peña Nieto qal li 20 tifel u tifla mietu u 30 oħra għadhom nieqsa wara li kawża tat-terremot iġġarfet skola.
It-theżżiża tant kienet b’saħħitha tant li ċaqalqet xi bini li jinsab fil-kapitali tal-Messiku, il-Belt tal-Messiku. B’kollox jidher li dan it-terremot ħalla aktar minn 250 persuna mejta.
Aktar kmieni dan ix-xahar, seħħ terremot ieħor f’dan il-pajjiż b’qawwa ta’ 8.1 fuq l-iskala Richter u ħalla mill-anqas 90 persuna mejta.
//= $special ?>