Waqt li l-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace dalgħodu quddiem il-Qorti kompliet tisma’ l-kawża kontra Malflene Cricchiola u Gianluca Sultana li huma akkuzati li wettqu serqa mill-Knisja Parrokjali ta’ Bormla, l-Arcipriet Dun Anton Cassar wara li xhed mar fuq iż-żewġ akkużati u qallhom li jaħfrilhom. Din ix-xena rari naraw tiġri fil-Qrati.
Fix-xhieda tal-lum l-istess Arċipriet tal-Knisja Kolleġġjata Arċipretali tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla, il-Kanonku Dun Anton Cassar spjega x’ġara fil-ġurnata li fiha saret is-serqa Huwa identifika l-oġġetti li ġew misjuba wara li hu flimkien mas-sagristan marru f’post barra l-Mina ta’ Santa Liena f’Bormla, msejjaħ fuq il-ġibjun u sabu uħud mill-oġġetti misruqa. Dawn instabu wara li fis-sagrament tal-qrar ingħatat l-informazzjoni lil Arċipriet. Fil-fatt huwa xhed li l-istess wara l-qrara iktar tard instabu oġġetti oħra f’tank tal-ilma fuq il-bejt ta’ dar. L-oġġetti li nstabu u li ġew esebiti l-Qorti ġew identifikati mill-Arċipriet , mill-Kanonku Reuben Vella u mill-Viċi-Arċipriet u l-Kanonku Jesmond Manicaro. Fl-aħħar tas-seduta l-Avukat Carm Mifsud Bonnici talab li wara li l-oġġetti jiġu fotografati u stmati dawn jkunu jistgħu jittieħdu.
Jiddefendu lill-akkuzati kien hemm l-Avukat Marion Camilleri.
//= $special ?>