Lokali

Ħames Maltin arrestati wara li nstabu b’pusses t’aktar minn kilo droga

Arkivji

Arrestati ħames Maltin, waqt raid fi Triq is-Serkin, il-Marsa. Il-ħames arrestati, li għandhom bejn it-22 u d-39 sena, instabu fil-pussess ta’ iktar minn kilo sustanza suspettata eroina, li kienet lesta għat-traffikar.

Uħud minnhom instabu ġo remissa, li ħadet in-nar iktar kmieni. Il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili salvawhom, flimkien ma’ diversi annimali, fosthom żwiemel u papri, li kienu msakkrin ġewwa.

Il-persuni qed jinżammu arrestati biex jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjoni.

Fil-ġranet li ġejjin, se jiressqu l-Qorti akkużati b’assoċjazzjoni fit-traffikar u pussess mhux għal użu esklussiv tad-droga allegatament eroina, u b’moħqrija lejn l-annimali, fost akkużi oħra.

Infetħet ukoll inkjesta fuq il-każ, li qed titmexxa minn Dr M Farruġia.