Il-linja tal-ajru Ryanair ippubblikat lista ta’ titjiriet li ser jiġu mħassra bejn il-wieħed u għoxrin ta’ Settembru u il-wieħed u għoxrin ta’ Ottubru. Titjiriet minn Malta mhux se jkunu affetwati.
B’kollox Ryanair se tħassar mal-50 titjira kuljum għas-sitt gimgħat li ġejjin. Dan hekk kif il-kumpannija qalet li trid ittejjeb il-puntwalità fl-ivjaġġi u ghax trid tagħti l-leave annwali lill-ħaddiema.
Ir-Ryanair ħabbru li fejn hu possibli, qed joffru alternattiva sabiex inaqqsu l-inkonvenjenza tal-passiġġiera affettwati.
Il-lista sħiħa tat-titjiriet ikkanċellati kienet ippublikata fuq is-sit uffiċjali, Ryanair.com, filwaqt li l-passiġġiera affettwati ser ikunu infurmati b’offerti għal titjiriet alternattivi jew inkella ritorn sħiħ tal-flus imħallsa.
L-ajruporti li ser jiġu affettwati jinkludu Barcelona, Brussels Charleroi, Dublin, Lisbon, Stansted Londra, Madrid, Bergamo Milan, Porto u Fiumicino Ruma. Dawn l-arjuporti ġew magħżula minħabba frekwenza għolja ta’ titjiriet tar-Ryanair li joperaw f’dawn l-ajruporti.
Filwaqt li r-Ryanair appellat id-dispjaċir tagħha ghal dan l-inkonvinjent, seħqet ukoll li inqas minn tnejn fil mija tal-passiġġieri kollha ser jiġu affetwati fis-sitt ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>