Ritratt: Sit internazzjonali
Il-gżejjer tal-Karibew għadhom lanqas bdew it-tindif mill-ħerba li ħalla l-Uragan Irma li halla 37 persuna mejta u biljuni ta’ dollari fi ħsara. Din l-istess żona issa qed tintlaqat minn Uragan ieħor, l-Uragan Maria.
Dan l-Uragan qed jiżdied fil-qawwa hekk kif laħaq il-livell ta’ kategorija ħamsa bir-riħ jilħaq il-mitejn u sittin kilometru fis-siegħa.
Fost il-gżejjer milquta hemm id-Dominika, filwaqt li l-uragan ikompli riesaq lejn Puerto Rico u l-Virgin Islands. Madankollu, diversi gżejjer fir-reġjun tal-Karibbw għadhom fuq l-allert, fosthom Guadeloupe, St Kitts and Nevis, Montserrat u Martinique.
//= $special ?>