Internazzjonali

L-Uragan Maria jagħmel aktar ħsarat katastrofiċi fil-Karibew

ELX27. Miami Beach (United States), 09/09/2017.- People walk past blowing palm trees as the weather conditions deteriorate due to Hurricane Irma in Miami Beach, Florida, USA, 09 September 2017. Many areas are under mandatory evacuation orders as Irma approaches Florida. (Estados Unidos) EFE/EPA/ERIK S. LESSER

Ikompli l-paniku fir-reġjun tal-Karibew, hekk kif l-Uragan ġdid Maria qed ikompli javvanza u jħalli aktar ħsarat katastrofiċi. Pereżempju fil-Gżira ta’ Dominika, il-Prim Ministru Roosevelt Skerrit kiteb fuq Facebook li l-qerda tant hi qawwija li l-poplu tilef kollox.

L-Uragan Maria żdied fil-qawwa fl-aħħar ħinijiet, bil-potenzjal tiegħu qed jitqies bħala mill-aktar devastanti. Dan qed javvanza mill-istess direzzjoni tal-Uragan Irma, bi rwiefen li qed jonfħu b’qawwa konsistenti ta’ 250 kilometru fis-siegħa u bl-elementi jistgħu jsiru aktar ħorox.

Fl-aħħar sigħat, l-awtoritajiet fil-gżira ta’ Dominika ħejjew għal stat ta’ emerġenza, fost l-impenji ta’ għajnuna medika għall-persuni midruba mill-elementi. Il-Prim Ministru talab ukoll l-għajnuna lill-komunità internazzjonali, bil-Portijiet u l-Ajruporti tal-Gżira jingħalqu u r-residenti qrib il-kosta ordnati biex jiġru lejn ix-‘shelters’ fiż-żona.