Ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jiltaqa’ man-nies fil-festi tal-Indipendenza Fuq il-Fosos tal-Furjana, u t-titlu taħt ir-ritratt ‘Il-PN se jkun b’saħħtu u magħqud’, jiddominaw il-paġna ta’ quddiem tal-ġurnal In-Nazzjon.
Il-ġurnal jirrapporta fid-dettal il-messaġġ li wassal il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista meta lbieraħ kien madwar il-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Media. Link Communications u l-familji tagħhom, fl-attività politika Fuq il-Fosos tal-Furjana u tkellem dwar it-triq ’il quddiem biex il-Partit Nazzjonalista jkun aktar man-nies u jisma’ lin-nies.
Storja oħra ewlenija tittratta dak li seħħ ilbieraħ fil-Qorti fejn kien deċiż li l-appell dwar l-inkjesta maġisterjali fuq l-iskandlu tal-Panama Papers jinstema’ bil-miftuħ.
L-analiżi politika fil-ġurnal tal-lum hi ta’ Mario Schiavone li jappella lill-attivisti tal-Partit jingħaqdu wara l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Kitba oħra interessanti hi ta’ Euchar Mizzi li janalizza jekk illum, Lourdes għadux jappella għall-pellegrini.
//= $special ?>