Lokali Mużika

Nicole Falzon tirbaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017

Nicole Falzon, bil-kanzunetta ‘Bħal Fjura’ hi r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2017 li tħabbar tard illejla fi tmiem serata Fuq il-Fosos tal-Furjana bħala parti mill-festi li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jorganizza biex jiċċelebra t-53 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.

L-istess kantanta żagħżugħa, bl-istess kanzunetta b’kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss, rebħet ukoll il-premju ‘Talent Ġdid’.

It-tieni post  intrebaħ minn Chanelle Galea bil-kanzunetta ‘Ċans tad-Deheb’, waqt li fit-tielet post ġiet klassikata Francesca Borg bil-kanzunetta ‘Ftit Ħin’.

Ir-rebbieħa tat -Televoting tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena hi Dorcas Debono bil-kanzunetta ‘Xwejħa’.