Shabab Oman II, il- vapur ewlieni tal-flotta Royal Navy of Oman, u li hu twil 85 metru hu mistenni jasal Malta bejn it-tnejn u għoxrin u l-ħamsa u għoxrin ta’ Settembru.
Din iż-żjara qed tiġi organizzata minn Yachting Malta u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, b’kollaborazzjoni mal-ministeru għat-Turiżmu, il-ministeru tal-finanzi, Transport Malta u Valletta 2018.
L-isem ta’ dan il-vapur ifisser ‘żgħażugħ ta’Oman’. Shabab Oman II iservi bħala vapur għat-taħriġ filwaqt li huwa xhieda tal-istorja u l-kultura tan-nazzjon. B’kollox hemm tmienja u ħamsin baħħara u ufficjali u erbgħa u tletin apprendist.
Salut mis-Saluting Battery hu mistenni jilqa’ l-vapur li jidħol mill-Port il-Kbir. Tul iż-żjara tal-vapur, Shabab Oman II hu mistenni jilqa’ numru ta’ attivitajiet filwaqt li jiftaħ il-bibien għal-pubbliku inġenerali.
Iċ-Chief Executive Officer ta’ Yachting Malta, Wilfrid Buttigieg, spjega li n-natura ta’ din iż-żjara hija sabiex tenfasizza l-kultura rikka ta’ tradizzjonijiet filwaqt li iċ-Chief Executive Officer tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, Paul Bugeja qal li din iż-żjara ser isservi sabiex nippromovu l-potijiet maltin li jattrattaw diversi turisti.
Il-pubbliku hu mistieden iżur dan il-vapur il-Hadd 24 ta’ Settembru filwaqt li l-banda tal-istess vapur tagħti wirja b’kostumi tradizzjonali fil-Belt Valletta is-Sibt 23 ta’ Settembru.
//= $special ?>