Lokali

FILMAT: “Delia se jgħaqqad il-Partit b’mod ġdid u inklussiv” – Alexander Borg Olivier

Adrian Delia se jgħaqqad il-Partit b’mod ġdid u inklussiv dan kien il-kliem li Alexander Borg Olivier qal fid-diskors ta’ merħba lil Kap il-ġdid tal-PN.

Iben l-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista George Borg Olivier, missier Malta Indipendenti wettaq diskors ta’ merħba lil Kap Adrian Delia fejn stqarr l-esperjenza tal-pajjiż, tiegħu flimkien ma’ missieru f’Jum l-Inidpendenza fl-1964.

Qabel l-indirizz tal-Kap fuq il-Fosos tal-Floriana huwa qal li ma’ dan il-pass sirna immedjament sovrana, pajjiżna kiseb passaport Malti, passaport li illum il-ġurnata sar jiswa ħafna. Huwa stqarr li l-indipendenza kienet bidu ġdid fil-ħajja kostituzjonali ta’ Malta.

Huwa tenna li f’kull pajjiż tad-dinja, il-jum tal-Indipendenza huwa meqjus bħala jum t’importanza kbira u jħossu kbira li l-Partit li ġab dan kollu għadu jgħozz bis-sħiħ dan l-avveniment.