Lokali

“Il-PA qed tkun inkonsisteni aktar minn qatt qabel” – L-FAA

L-inkonsistenza fil-ħidma tal-Awtorita’ tal-Ippjanar hi evidenti u tibqa’ tippersisti aktar minn qatt qabel qalet l-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar permezz ta’ stqarrija li fiha spjegat kif ma tistax tifhem kif fi Triq Stella Maris Tas Sliema mistenni jkun approvat permess biex dar titwaqqa u minflokha titla binja oħra, meta ftit tal-ġimgħat qabel permess simili fl-istess triq kien ġie rrifjutat.

Id-deċiżjoni mistennija tittieħed fis-6 ta’ Ottubru.

Is-sovrintendenza għall-wirt kulturali argumentat biex l-applikazzjoni tkun emendata biex ikun rispettat il-karattru tad-djar li hemm fit-triq fosthom dik li mistennja titwaqqa’ li hi tad-19-il seklu. Is-sovrintendenza qalet wkoll li jekk dawn l-emendi ma jidħlux fis-seħħ l-iżvilupp għandu jkun rifjutat.

L-istqarrija tal-FAA qalet li l-applikant injora dawn it-tip ta’ emendi u ppersita li jwaqqa’ d-dar u minflokha jibni blakka appartamenti ta’ ħames sulari. Minkejja l-pożizzjoni li ħadet is-sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, l-Awtorita’ għall-Ippjanar qed tirrakkonamda l-approvazzjoni tagħha.

L-FAA qalet wkoll li jekk dan il-permess ikun approvat ikun qed imur kontral-Heritage Planning Policy.