Lokali

Il-viċi sindku taż-Żebbuġ ixejjen rapporti fil-media

Il-viċi Sindku taż-Żebbuġ Għawdex Daniel Cordina fi stqarrija fuq Facebook iddikjara l-lealtà tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tal-Partit Adrian Delia u għalhekk se jkun qed ikompli jaħdem fl-aħjar interessi kemm tal-Partit Nazzjonalista u kif ukoll tar-residenti taż-Żebbuġ u Marsalforn li eleġġewh fil-Kunsill Lokali.

Daniel Cordina esprima d-dispjaċir tiegħu għal dikjarazzjonijiet li għamel fil-ġranet li għaddew, u saħaq li għalhekk u se jkompli bil-ħidma tiegħu.

Cordina fuq Facebook irringrazzja wkoll lil Chris Said li kien qed jaħdem qrib tiegħu fl-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Hu saħaq li kien Chris Said stess li talbu biex jerġa jaħsibha u jibqa’ jaħdem fl-aħjar interessi ta’ dawk li eleġġewh, kif dejjem għamel f’dawn l-aħħar snin.