Lokali

Michael Briguglio jitlob biex jissieħeb fil-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista

Michael Briguglio, li hu eks-Chairman tal-Alternattiva Demokratika u kunsillier indipendenti fil-lokalità ta’ Tas-Sliema talab lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake, biex jissieħeb fil-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.

Michael Briguglio fl-ittra tiegħu saħaq li qed jagħmel dan biex itemm dak li nbeda mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Bususttil. Hu saħaq li se jkun qed jagħmel dan bl-involviment tiegħu l-aktar bħala kunsillier Lokali.

Michael Briguglio ilu jiġi elett fil-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema sa mis-sena 2003.

Fit-tweġiba tagħha għal din it-talba is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake filwaqt li laqgħetu bi ħġarha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, qaltlu li l-President tal-Kulleġġ Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħmel kuntatt miegħu biex jibda l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Il-President tal-KKLPN Alan Abela Wadge għamel kuntatt ma’ Michael Briguglio u qallu li t-talba tiegħu se tkun qed tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss.