Il-forzi tas-sigurtà Spanjoli arrestaw lil numri ta’ uffiċjali għolja mir-reġjun Katalan u għamlu rejds fil-ministeri tal-amministrazzjoni ta’ dan ir-reġjun minħabba r-referendum projbit dwar l-indipendenza tal-Katalonja.
Diġà kien hemm tensjoni kbira wara li Josep Maria Jové, il-Viċi President tar-reġjun Katalan, u oħrajn, kienu arrestati mill-Pulizija.
Ir-rejds saru wara li t-tmexxija tar-reġjun sfidaw ordni tal-qorti biex iwaqqfu l-vot, li kien ikkundannat mill-Gvern f’Madrid bħala illegali.
Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy qal li l-Gvern kien sfurzat jieħu dawn il-passi drastiċi.
Rejds minħabba referendum għall-indipendenza tal-Katalonja


