Lokali

423 membru ġdid fil-PN f’erbat ijiem

Fl-erbat ijiem tal-Festi tal-Indipendenza, b’kollox ingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista 423 membru ġdid.

50 persuna ġdida daħlu membri l-għada tal-elezzjoni li fiha Adrian Delia kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. 35 persuna oħra ittesseraw jumejn wara.

It-Tlieta, jiġifieri ġurnata qabel il-meeting tal-Indipendenza, daħlu 116-il membru ġdid fil-Partit Nazzjonalista.

Imma kien dakinhar tal-meeting l-aktar li daħlu membri ġodda, meta 222 persuna issieħbu mal-Partit Nazzjonalista.

Dakinhar, ħafna mit-tesserati ġodda ngħataw merħba fil-Partit Nazzjonalista mill-Kap Adrian Delia stess, li qatta’ ħin twil fit-tinda tat-tesserament fuq xewqa tiegħu stess biex jiltaqa’ ma’ min kien qed isir membru.

Il-figura globali ta’ 423 membru ġdid fil-Partit Nazzjonalista f’erbat ijiem ma tinkludix dawk it-tesseri li ġew imġedda.

Fuq is-sit pn.org.mt hemm il-faċilità ta’ sħubija online.