Lokali

FILMAT: Jitkellem iċ-ċkejken Juventin li sar popolari mad-dinja kollha wara ċajta li għamlulu

Il-partitarju ċkejken Juventin ma ħax gost meta tawh flokk tal-Inter!

Nael Aquilina ta’ sitt snin huwa partitarju akkanit ta’ Juventus.

Ċajta li għamlulu ftit tal-jiem ilu l-ġenituri tiegħu, u li ġiet irrekordjata f’filmat li ttella’ fuq Facebook, għamlet lil Nael popolari mad-dinja kollha. Dan wara li l-filmat taċ-ċajta, spiċċa mar viral – b’diversi websites internazzjonali jixxerjaw il-filmat.

Fiċ-ċajta, il-ġenituri ta’ Nael tawh flokk tal-Intergħal għeluq sninu. U jidher li ċ-ċajta ħadmet sew – għax ir-reazzjoni ta’ Nael malli dan intebaħ li l-flokk kien tal-Inter, ġibdet is-simpatija ta’ kulħadd.

Il-filmat ta’ Nael bil-flokk tal-Inter ġie shared fuq Gazzetta dello Sport fl-Italja, Goal.com li hu wieħed mis-siti ewlenin fid-dinja tal-isport, Footmercato fi Franza, l-Independent tal-Irlanda, Yahoo tal-Awstralja, BBC fl-Ingiltera u Fox Sports fil-Brażil fost l-oħrajn.

F’uħud minn dawn is-siti, il-filmat qabeż il-miljun u nofs fi views. Fuq il-paġna ta’ Facebook SPORTBible, li għandha 10 miljun Like, il-filmat ġie segwit minn 1.4 miljun persuna waqt li fil-verżjoni ta’ Goal.com bl-Għarbi, il-filmat qabeż il-1.3 miljun view.

Imma l-Malti jgħid: “kull deni ħudu b’ġid” – għax iċ-ċajta fuq Nael sarrfet f’xi ħaġa tajba. Dan hekk kif waqt il-logħba bejn Juventus u Fiorentina, Nael kien ippreżentat bi sħubija u numru ta’ rigali mill-Juventus Club Malta Cuore Bianconero tal-Marsa. Dan hekk kif dan kien il-klabb li fuq is-sit tiegħu ppubblika l-filmat taċ-ċajta l-ewwel, qabel mar viral.

Nael preżentat bi sħubija u rigali mill-klabb tal-Juventus tal-Marsa

NET News iltaqa’ ma’ Nael u l-ġenituri tiegħu. Ara l-filmat bil-kummenti tagħhom.