L-Uffiċjali fi Puerto Rico qalu li l-maltemp tal-Uragan Maria kien qata’ il-provvista tad-dawl għall-gżira kollha, fejn hemm residenti 3.5 miljuni. Is-sitwazzjoni intant, tista’ tkompli ‘għal xhur’ bil-maltemp qed ikompli jiddomina fir-reġjun tal-Karibew.
Kelliema għall-US National Hurricane Center tkellmu dwar ‘għargħar katastrofiku’ fid-diversi bnadi ta’ Puerto Rico.
Il-Gvernatur ta’ Puerto Rico, Ricardo Rossello, qal li, s’issa, daħlu rapporti ta’, mill-anqas, persuna mejta b’kaġun tal-elementi.
Zdiedu, intant, il-provi tal-qerda kbira minn ‘Maria’ fil-gzira ċkejkna ta’ Dominica, fil-Karibew. Dan meta l-elementi tal-uragan – li niżel għal-livell ta’ ‘kategorija 3’ – kienu qed jolqtu lir-Repubblika Dominikana huma u javvanzaw lejn il-Gżejjer ta’ Turks and Caicos.
L-Uragan Maria hu t-tieni uragan devastanti li straxxna lir-reġjun tal-Karibew fi kwistjoni ta’ jiem wara l-maltemp ta’ ‘Irma’ – uragan ta’ ‘kategorija 5’ – li kien assedja lir-reġjun partikulari fil-bidu tax-xahar.
//= $special ?>

