Lokali

Illum Jum l-Indipendenza – 53 sena minn mindu Malta saret Indipendenti

Illum qed ikun iċċelebrat Jum l-Indipendenza wara li 53 sena ilu, l-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier kien irnexxielu jikseb kostituzzjoni mingħand il-Gvern Ingliż li tat l-Indipendenza lil pajjiżna.

Fil-Belt Valletta dalgħodu jispikkaw l-attivitajiet ċeremonjali marbuta ma’ dan il-Jum Nazzjonali bl-involviment tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur minn Putirjal għal Triq ir-Repubblika. Aktar tard tiġi ċċelebrata wkoll quddiesa Pontifikali ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Matul il-ġurnata se ssir iċ-ċeremonja ta’ tqegħid tal-fjuri quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana.