Lokali

Isofri minn ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Raġel sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u kwart.

L-inċident seħħ fl-inħawi magħrufa bħala l-Aħrax limiti tal-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Runner misjuq minn raġel Taljan ta’ 36 sena residenti r-Rabat, Malta u vettura tat-tip Kia Sportage misjuqa minn raġel ta’65 sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.