Lokali

Kunsillier Laburista jaqleb il-Kunsill

Xi ħaġa ġdida fil-kunsilli lokali….kunsillier Laburista jaqleb il-kunsill lokali….mis-Swieqi għall-Fgura.
Mario Fava, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u kunsillier Laburista tas-Swieqi qaleb mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi għal dak tal-Fgura f’dak li hu l-ewwel bidla ta’ dan it-tip bejn kunsilli lokali.

Mario Fava li hu resident tas-Swieqi, qal li hu mexa skont il-liġi u ddeċieda b’dan il-mod wara li mhux se jikkontesta l-elezzjoni li jmiss fil-lokalità tas-Swieqi, iżda se jkkontesta l-elezzjonijiet għall-Fgura fl-2019.

Hu qal li kien co-opted mill-Gvern wara ħadd ma kkontesta elezzjoni każwali. Is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat kkummenta li din il-bidla qisha bidla ta’ player tal-football minn tim għal ieħor u li din qatt ma seħħet qabel. Jirriżulta li wara r-riżenja ta’ Fava mill-Kunsill, il-gvern issuġġerixxa co-option iżda l-kunsill kien informat li din issir b’elezzjoni każwali.

L-ebda kanidatura ma kienet ippreżentata. Fava seta’ jidħol fil-Kunsill tal-Fgura wara li Byron Camilleri kien elett fil-parlament.